Jien Arloġġ – Neil Micallef

Jiena arloġġ żgħir.  Jiena naħdem bil-batterija.  Jiena arlogg li jkun hemm għasfur ġo fih u joħroġ minnu.  Jien nagħmel ħoss ta’ għasfur.  Jgħiduli arloġġ tal-kuku.

 

Posti hu mal-hajt.  Dejjem ikunu se jwaqqgħuni għax il-ħin kollu jiżbgħu l-ħajt.  Jiena tgħidx kemm jien ġdid imma barxuli il-parti tax-xellug.  Dejjem nara lil sidi jiġri wara l-kelb.  Il-kelb jinbaħ għax jien indoqq.  Tgħidx kemm nibża għax inkun qed naħseb li se jwaqqani.  Xogħli nagħmlu sewwa.  Sidi kull meta jħares lejja joqgħod jitbellah.

 

Jien qatt ma norqod għax meta tispiċċali l-batterija, sidi jerġa’ jixtri oħra u jissetjani.  Ma tantx jien kuntent għax joqogħdu jiffittawni meta joħroġ l-għasfur tal-kuku minni.  

 

Neil Micallef

Leave a comment