Aktar Show and Tells bil-Malti

Warren uriena PowerPoint Presentation li hu għamel dwar l-annimali li jħobb

Sergio ġab il-pupi ta’ Angry Birds u kellimna dwarhom u dwar il-logħob relatati magħhom

Jesahel tkellmet dwar il-pupa ta’ Minnie Mouse li hi tant tħobb.

 

Kieran ipprepara ċart u spjegalna dwar il-karattru favorit tiegħu, Spiderman.

 

Neil għamel PowerPoint Presentation dwar il-pupi tal-Lego Ninjago.

 

Kelsey P. ġabitilna l-ħuta tagħha li semmietha Sophie u tkellmet dwarha.

 

Nigen qagħad jispjegalna l-istorja ta’ San Ġorġ u ġab xi flokkijiet li jfakkruh f’din il-festa li hija tant għal qalbu.

Bravi !!!

By Ms. Sephorah Posted in Maltese

Iż-Żarbun Maġiku – Kylie Zammit

Nhar il-Ħadd mort nara logħba baskitbol ma’ sħabi.  Fis-siegħa u l-ħin, intilfet oħti u sħabi baqgħu skantati.  Aħna nqsamna biex infittxuha.  F’daqqa waħda sibt żarbun tat- takkuna.

Iż-żarbun sibtu wara kaxxa.  Il-kuluri tiegħu huma roża u vjola u għandu linji tad-deheb.  Hu għandu l-maġija fih.  Iż-żarbun kien jagħmel il-maġija meta nilbsu.  Waqt il- baskitbol u meta jkolli xi logħob, dejjem nirbaħ.

Iż-żarbun għadu għandi għax dejjem nieħu ħsiebu.  Din l-avventura żammejtha sigrieta.

 

Kylie Zammit

By Ms. Sephorah Posted in Maltese

Show and Tell – Malti

Din il-ġimgħa erġajna għamilna aktar sessions tas-Show and Tell.. Prosit ħafna ta’ kemm qed tiġu ppreparati.  Komplu sejrin hekk!  

Kelsey Jo kellmitna dwar il-pupa favorita tagħha

Leander għamel Powerpoint Presentation dwar il-programmi favoriti tiegħu

Jessica tkellmet dwar is-soft toy ta’ Winnie the Pooh

Jamie għamel Powerpoint Presentation dwar il-festin speċjali li kellu f’għeluq sninu

Ileah Kay spjegatilna r-riċetta ta’ kif tagħmel il-pastini taċ-ċikkulata u ġabiltilna wkoll biex induquhom.

By Ms. Sephorah Posted in Maltese

Iż-Żarbun Maġiku

Illum, qabel ktibtu l-istorja “Iż-Żarbun Maġiku” semmejtilkom film li kont rajt.  Dan il-film jismu “Like Mike” u huwa dwar tifel li jkun orfni u jsib żarbun li kien jilbes Micheal Jordan, plejer tal-baskitbol.  B’dan iż-żarbun, hu jibda jilgħab vera tajjeb.  Hawnhekk għandkom issibu l-film kollu 🙂  Nispera li jogħġobkom kif għoġob lili.

By Ms. Sephorah Posted in Maltese

Logħob bin-numri

Nhar it-Tnejn ser ikollkom test tan-numri.

Tridu tkunu tafu:

In-numri semplici bil-Malti:  wiehed, tnejn, tlieta, ecc

Tiftakru li bil-Malti nghidu n-numri bil-kontra:  34 – erbgha u tletin

Tkunu tafu li minn hdax sa’ dsatax niktbu -il meta n-numru jkun quddiem nom (fis-singular):   tlettax – il ktieb

Tiftakru meta nuzaw erbgha, erba’, erbat, sebgha, seba’, sebat, disgha, disa’, disat, tliet u tlett (dejjem skond hamsa, hames, hamest)

Ghandkom ukoll in-numri ordinali:  l-ewwel, it-tieni, it-tielet, ecc

Hawn issibu xi logħob bin-numri bil-Malti.  Għada nagħtikom ukoll Malti Manija ħalli tirrevedu minn fuqu wkoll għat-test ta’ nhar it-Tnejn.

By Ms. Sephorah Posted in Maltese

Rumpelstiltskin video

Here’s the video I’ve shown you in class – Rumpelstiltskin.  You can watch it again and listen to the story.

As I told you in class, the story is similar to the one you’ve got on the Maltese Comprehension handout.

Here’s the link:

Did you like the story?

Show and Tell – Malti

Din il-ġimgħa erġajna bdejna nagħmlu x-Show and Tell fil-klassi.  

Kellna lil Kelsey Ablett li ġabet il-pupa favorita tagħha u qagħdet tkellimna dwarha.

Jethro għamlilna PowerPoint presentation tal-gżira li hu tant iħobb, Għawdex.

 

Sonique spjegatilna kif tagħmel ġiżirajjen u brazzuletti bil-lewlu.  Urietna wkoll ftit milli għamlet.

 

Nigel ġab żewġ pupi li jħobb jilgħab ħafna bihom, Tinu u Tina.

 

Bravi.  Il-ġimgħa d-dieħla għandna lil Kelsey Jo, Jessica, Leander, Ileah Kay u Jamie.  

By Ms. Sephorah Posted in Maltese

Il-Borma Maġika

Illum fil-klassi qrajna l-istorja “Il-Borma Maġika” waqt il-lezzjoni tal-Malti u kellna xi mistoqsijiet ukoll dwarha (comprehension)… Qed inpoġġi YouTube Video hawnhekk bl-istorja bl-Ingliż.

By Ms. Sephorah Posted in Maltese

Show and Tell … 2

After having Show and Tell sessions in Maltese and in English, we will have another 2 sessions.  We will start the Maltese Sessions as from next week, as you all know thanks to the note which I’ve given to the parents.  This is a reminder of your dates:

Maltese Session

 

Tuesday 13th March – Ablett Kelsey

                                  Attard Jethro

 

Thursday 15th March – Azzopardi Kelsey Jo

                                    Azzopardi Sonique

                                    Bugeja Nigel

 

Tuesday 20th March – Carabott Jessica

                                   Cauchi Leander

 

Thursday 22nd March – D’Emanuele Ileah Kay

                                    Debono Jamie

 

Tuesday 17th April – Fenech Warren

                                Grima Sergio

 

Thursday 19th April – Micallef Neil

                                 Mifsud Jesahel

                                MuscatKieran

 

Wednesday 25th April – Pirotta Nigen

                                     Pirotta Kelsey

 

Thursday  26th April – Schembri Matthew

                                   Stone Shaun

 

Tuesday 30th April – Zahra Aylon

                                Zammit Kylie

 

I’m eager to listen to what you will all prepare for us.  Have fun 🙂