Jiena arloġġ – Matthew Schembri

Jien l-akbar arloġġ fid-dinja bl-isem ta’ Atenis.  Jien naħdem bil-ġeneratur.  Kull tliet sigħat indoqq.  Jien ninsab f’Londra.  In-nies tal-1570 bnewni.  Is-sindku jieħu ħsiebi.

Jien qadim ħafna, ħafna u ħafna.  Madwari hemm il-palazz tar-reġina.  Kemm inħobb nisma’ lin-nies li jgħidu fuq id-daqs tiegħi għax jien kbir!  Ġo fija għandi ħafna affarijiet biex naħdem.  Fix-Xitwa nkun mimli silġ.  Għalhekk in-nies jaħdmu iktar fuqi.  Dejjem indoqq fil-ħin.

 
Il-ġeneratur qatt ma jieqaf allura lanqas jien.  Is-sindku jarani minn ġol-uffiċċju tiegħu.  Xi drabi ma tantx nieħu gost.  Xi nies jeħduli ritratti f’għajnejja.  

Matthew Schembri

Leave a comment