L-Aljen li ġie jżurni – Matthew Schembri

Darba waħda kont fis-sodda.  Kont rieqed fil-fond għax it-tim tiegħi rebaħ it-tazza tal-futbol u allura ħassejtni għajjien mejjet.

Jien kont qed noħlom fuq l-aljeni.  F’daqqa waħda smajt ħoss ġej mit-tieqa.  Kien hemm aljen żgħir u gustuż.  Dan l-aljen kien liebes il-flokk taċ-ċingi u qalziet u kalzetti ħomor u ħodor.  Il-flokk tac-cingi kien il-kulur favorit tiegħi, oranġjo.  Daħħaltu ġewwa u hu ntroduċa lilu nnifsu.  Aħna bdejna nilagħbu bil-WII.  Hu beda jilgħab u jaqra l-istruzzjonijiet.  Meta tgħallem jilgħab, beda sejjer tajjeb ħafna.  Imbagħad aħna għamilna logħba tax-xwabel.  Bid-daqqa li tani waqajt fil-baħar.  Bdejna nilagħbu iktar logħob imma xorta rebaħli.  L-aljen daqqlu l-arloġġ tal-vettura spazjali.  L-aljen tani ġugarell tal-aljeni u telaq.  Jien xejjirtlu u telaq lura lejn il-pjaneta tiegħu.

Jiena mort norqod fis-sodda.  Komplejt noħlom dik il-ħolma ta’ qabel.  

 

Matthew Schembri

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s