Kompli l-istorja fi kliemek billi timmaġina kif tqatta’ ġurnata ġewwa meta jkun il-maltemp – Jethro Attard

Kien il-Ħadd filgħodu. Mal-lejl għamlet ħafna xita. Ix-xita baqgħet nieżla sa filgħodu. Waqt il-kolazzjon għamilt in-nervi għax jien kont se mmur piknik, imma ma mortx għax għamlet maltempata kbira. Jien innervjajt meta smajt ħafna xita u sajjetti. Imma mbagħad qgħadna ġewwa u ġew in-nanna u n-nannu. Qgħadna nilagħbu Monopoly u naħdmu ftit bil-kompjuter u niżfnu bil-Wii. Fortunatament ma nqatax id-dawl. Kieku nqata’ d-dawl kont nixgħel kull m’hemm bix-xemgħat u bit-torċijiet. Meta waqfet ix-xita tgħidx kemm fraħt. Kont inħossni ntir bil-ferħ għax fl-aħħar stajt noħroġ. Kull meta tkun ix-xita, dejjem inkun innervjat u jkolli qalbi sewda.

Jethro Attard

Advertisements

One comment on “Kompli l-istorja fi kliemek billi timmaġina kif tqatta’ ġurnata ġewwa meta jkun il-maltemp – Jethro Attard

  1. Kien il-Hadd filghodu. Mal-lejl ghamlet hafna xita. Ix-xita baqghet niezla sa filghodu. Kullimkien kien ghasra. Waqt il-kolazzjon, jien ghamilt in-nervi ghax hassejt il-bard. Meta qomt harist lejn it-tieqa u rajt niezla hafna xita. Jien u l-familja lghabna Monopoly, ‘Snakes and Ladders’ u bil-kompjuters. Jien kont qed nirbah Monopoly b’mitt ewro u tlett idjar. Inqata’ d-dawl,imbaghad xghelna xemgha.Wara li kilna jien u l-papa’ lghabna bil-Playstation ghax gie d-dawl. Gie z-ziju Pawl imxarrab ghasra. Meta dahal waqa’ daqs kemm beda jigri. Imnalla qghadna gewwa ghax issa s-sajjeti bdew ifaqqghu kullimkien. Mort fis-sodda ghax saru diga l-ghaxra. Bdejt nohlom li bdejt niggieled max-xita tal-mostri. Imbaghad gie wiehed kbir u rbahtlu.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s